(A) MANIFEST TAL-OBJETTIVI

Franklin Furnace Archive, Inc., f'missjoni biex jaghmel id-dinja mhux perikoluża ghall-arti avangardista.

(B) L-ISTORJA FIL-QOSOR TA' FRANKLIN FURNACE

Franklin Furnace twaqqaf fl-1976 biex jaqdi artisti li ghażlu l-pubblikazzjoni bhala mezz artisiku "demokratiku" ewlieni u ma kinux appoggjati minn organiżżazzjonijiet ohra tal-arti li diga kienu jeżistu. Sa mill-bidu nett, l-enegija ta' Franklin Furnace kienet iffokata fuq tliet aspetti ta' programmar "ibbażat fuq il-hin": gabra ta' kotba tal-artisti; programm ta' performance art minn artisti emergenti; u wirjiet ta' forom ta' arti bbażati fuq il-hin, kemm xoghlijiet b'sit specifiku minn artisti kontemporanji, kif ukoll wirjiet storici u kontemporanji ta' kotba tal-artisti u forom ta' arti efemera ohra bbażati fuq il-hin.

Matul dawn l-ahhar 20 sena, Franklin Furnace kiseb gharfien nazzjonali u internazzjonali talli gharaf artisti li biddlu l-mod li bih sirna niddiskutu l-arti kontemporanja; fassal wirjiet akkademici li gabru l-istorja tal-attivita avangardista matul is-Seklu 20; u ssielet ghad-dritt tal-liberta tal-espressjoni ghall-artisti kif iggarantita taht l-Ewwel Emenda fil-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti.

Fost l-artisti li nghataw l-opportunita jipprezentaw l-ewwel wirjiet taghhom fi New York ghand Franklin Furnace insibu lil Ida Applebroog, Guillaume Bijl, Dara Birnbaum, Willie Cole, James Coleman, Jenny Holzer, Barbara Kruger, Matt Mullican, Krysztof Wodiczko; filwaqt li fost il-performers li bdew hawn hemm Eric Bogosian, David Cale, Karen Finley, Guillermo Gomez-Pena, Robbie McCauley, Theodora Skipitares, Michael Smith, u Paul Zaloom. Barra minn hekk, il-programm ta' performance art ta' Franklin Furnace holoq ukoll spazju ghal artisti aktar stabbiliti bhal Vito Acconci, Laurie Anderson, Carl Andre, Jennifer Bartlett, Lee Breuer, Richard Foreman, William Pope.L, William Wegman, biex jesperimentaw b'modi li ma kienx xieraq li jitwettqu f'postijiet li tradizzjonalment jigbdu udjenzi akbar. Il-programm ta' wirjiet ta' Franklin Furnace inkluda bosta esibizzjonijiet storici ta' arti bbażata fuq il-hin u ta' natura efemera - wirjiet ta' kotba u prints Kubisti, pereżempju, fuq Fluxus, jew l-arti Samizdat Russa - wirjiet li ntlaqghu tajjeb mill-kritici u li kkontribwixxew ghall-istudju tal-istorja tal-arti. Fl-2006, Franklin Furnace issieheb ma' ARTstor, progett tal- Fundazzjoni Andrew W. Mellon, biex ipoggi l-arkivji tieghu online ghal kull minn jistudja l-arti madwar id-dinja.

(C) GHOTJIET GHALL-ARTISTI

Kull sena, Franklin Furnace jaghmel ghotjiet f'żewg kategoriji. The Franklin Furnace Fund for Performance Art jappoggja performance artists li ghadhom jibdew, u jghinhom jipproducu xoghlijiet ewlenin taghhom fi New York. The Future of the Present jivvota fondi biex jinholqu xoghlijiet ta' "live art on the Internet," li jużaw l- Internet bhala mezz u/jew spazju artistiku. L-ghotjiet minn dawn iż-żewg fondi jvarjaw bejn $2000 u $5000. Artisti minn kull parti tad-dinja huma mhegga japplikaw - applikazzjonijiet jintlaqghu bl-Ingliż biss.

Franklin Furnace m'ghandux kuratur; kull sena panil ta' artisti jevalwaw kull proposta li ssir. Ahna nemmnu li din is-sistema b'panil iffurmat minn artisti pari tippermetti li kull tip ta' artisti mid-dinja kollha jinghataw l-istess cans biex jippreżentaw ix-xoghol taghhom. Hawn issib kif ghandek tapplika:

http://franklinfurnace.org/artists/index.php

L-applikanti kollha huma awtomatikament ikkunsidrati taht iż-żewg kategoriji ta' ghotjiet. Il-panil jinbidel kull sena, kif jaghmlu wkoll id-definizzjonijiet ta' "artist emergenti", "performance art" u "live art on the Internet". Allura jekk ma jirnexxilekx mal-ewwel applikazzjoni, erga' pprova.

(D) INKITEB BIEX TIBDA TIRCIEVI AVVIŻI BL-EMAIL TA' KULL GIMGHA

Goings On, E-newsletter bl-Ingliż minghand Franklin Furnace, tintbaghat b'xejn kull gimgha lil eluf ta' ammiraturi u dilettanti tal-arti. Mill-2001 'l hawn, Goings On twassal taghrif dwar l-attivitajiet lokali, nazzjonali u internazzjonali minn artisti/alumni u membri ta' Franklin Furnace. Biex tidher fuq din il-lista, ibghat ismek u l-indirizz tal-email tieghek lil mail@franklinfurnace.org Ghidilna jekk intix artist u kif sirt taf bina. Nitolbuk ukoll taghtina dettalji personali ohra tieghek bhall-indirizz postali, ecc. ghar-registru taghna. Franklin Furnace iżomm dawn id-dettalji personali privati d-database tieghu mhux ghall-bejgh. Grazzi.

Maqlub ghall-Malti minn Toni Sant, awtur tal-ktieb A History of the Future: Franklin Furnace and the Spirit of the Avant-Garde (Intellect, 2010).

Translated from English to Maltese by Toni Sant (September 8, 2009).